Lokali

Eluf ta’ nies jattendu għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista

Il-Festi tal-Indipendenza organizzati mill-Partit Nazzjonalista illejla qed jilħqu l-qofol tagħhom bil-mass meeting fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta. Mass meeting li se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena organizzati mill-PN għandhom bħala tema “135 sena – Għal Malta” u qed ifakkru mhux biss il-51 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza iżda wkoll il-135 sena mit-twaqqif tal-Partit Nazzjonalista.

Din is-sena, il-Festi tal-Indipendenza marru lura fil-Belt Valletta u kellhom bħala sfond id-daħla l-ġdida tal-Belt Kapitali ta’ Malta, proġett wirt ta’ Gvern Nazzjonalista.

Iċ-ċelebrazzjonijiet jiġu fi tmiemhom f’nofs il-lejl bit-tlugħ tal-bandiera Maltija.

mass meeting