Talanqas 13 il-immigrant mietu meta d-dinghy li kienu qed jivvjaġġaw bih ħabat ma’ vapurett kummerċjali qrib il-port ta’ Canakkale, fit-Turkija. Jaħsbu li l-immigranti kienu qed ibaħħru lejn il-gżira Griega ta’ Lesbos, b’numru fosthom ikunu salvati maż-żmien.
Il-gwardjani tal-kosta Torok qalu li qajmu allert malli semgħu bit-traġedja. L-awtoritajiet jaħsbu li dan kien ‘it-tieni inċident tal-jum’ li kien jinvolvi opra tal-baħar bl-immigranti fl-ibħra bejn il-Greċja u t-Turkija.
Fi żviluppi oħra, talanqas 26 immigrant għebu meta d-dgħajsa li kienu qed jivvjaġġaw biha għerqet viċin Lesbos — bil-gwardjani tal-kosta isalvaw 20 li kienu fuq l-istess dgħajsa.
Baqgħet għaddejja, intant, it-tfittxija għal 13 il-persuna oħra li ilhom nieqsa mill-bieraħ meta għerqitilhom id-dgħajsa fl-istess zona ta’ baħar. Dan l-inċident partikolari, fost oħrajn, kien sewa l-ħajja ta’ tifla ta’ ħames snin.
//= $special ?>