Il-Ministru tal-Energija Konrad Mizzi jidher li qed jirrifjuta sejħiet minn diversi korpi kostitwiti u mill-Oppożizzjoni għal roħs fit-tariffi tal-elettriku sabiex ikunu qed jirriflettu t-tnaqqis drastiku li seħħ fil-prezz internazzjonali taż-żejt.
Ikkwotat f’artiklu fil-ħarġa tal-lum tal-gazzetta Sunday Times of Malta, il-Ministru Konrad Mizzi qal li roħs fit-tariffi jhedded il-programm ta’ rkupru tal-Enemalta.
Mizzi qal ukoll li l-effetti tar-roħs fil-prezz internazzjonali taż-żejt jitħassru meta d-dollaru jkun b’saħħtu. Qal ukoll li l-aġenzija tal-credit rating Standard and Poor’s tnaqqas il-credit rating tal-Enemalta jekk ikun hemm iktar roħs fit-tariffi.
Iktar kmieni dan ix-xahar, fil-proposti tagħha għall-Baġit tas-sena d-dieħla, ħeġġet lill-Gvern biex il-kontijiet tal-elettriku jonqsu bi 30%.
Din il-proposta sabet l-appoġġ tal-Kamra tal-Kummerċ, l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA, li wkoll preżentat proposti li jsejjħu għal tnaqqis fil-kontijiet tal-elettriku biex ikunu jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali u mill-Oppożizzjoni.
Għal dawn l-aħħar ġimgħat il-prezz internazzjonali taż-żejt kien jinsab fost l-inqas livelli ta’ $40 kull barmil.
//= $special ?>