Diversi persuni ġew arrestati matul il-lejl li għadda wara li fil-pussess tagħhom instab ammont ta’ sustanza suspettata kannabis, kokajina kif ukoll ecstasy.
Waqt ħidma konġunta bejn Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u Pulizija mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali ġew arrestati tmien persuni, kemm Maltin kif ukoll barranin u li l-eta’ tagħhom tvarja bejn l-20 u s-37 sena.
Il-persuni qed jgħinu lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>