Żagħżugħ ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tal-5:15 ta’ dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li ż-żagħżugħ li hu residenti Birżebbuġa, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa’ die]el f’siġra
Il-vettura tat-tip- Suzuki Vitara, kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn iż-żejtun.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew sabiex jinħareġ is-sewwieq mill-vettura, kif ukoll ambulanza li ħaditu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard il-ġuvni ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa A Vella li ħatar diversi esperti sabiex assistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>