In-Nazzjon tagħti prijorita’ il-mass meeting tal-bieraħ tal-Partit Nazzjonalista, fejn fil-faċċata naraw ritratt mdaqqas tan-nies li kien hemm ilbieraħ, fi Pjazza Ħelsien, fid-daħla tal-Belt Valletta. F’paġni oħra nsibu siltiet mid-diskors ta’ Simon Busuttil u anke tal-Viċi Kapijiet tal-PN Beppe Fanech Adami u Mario de Marco. Il-Kap tal-PN jisħoq Politika Onesta’, li l-poplu jixraqlu aħjar, tmexxija ġusta, li tassew tkun Tagħna Lkoll. Huwa wkoll qal fuq l-abbużżi li qed iwettaq il-Gvern ta’ Joseph Muscat, fejn mhux qiegħed hemm għal kulħadd iżda għal klikka li hemm madwaru. Fuq wara tan-Nazzjon ritratt ta’ George Borg Olivier, missier Malta Indipendenti, bid-dettalji tal-attivitajiet illum għal din il-Festa Nazzjonali. Programm li jibda’ fl-10am u jintemm quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana.
Fuq the Times of Malta nsibu wkoll dak li ġara lbieraħ waqt il-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista, li jsir ta’ kull sena lejliet l- Festa tal-Indipendenza. Siltiet mid-diskors ta’ Simon Busuttil, fejn jgħid li il-Partit Nazzjonalista se jkun gvern alternattiv u jġib il-bidla li l-poplu stenna’ mill-Partit Laburista. Fil-ġurnali nsibu wkoll artiklu fuq il-protesta tal-bieraħ mill-Għaqda Patrijoti Maltin, fejn hemm xi kummenti rigward din il-protesta kontra l-immigrazzjoni, kif ukoll x’ġara qabel u tul din il-protesta.
Fuq Malta Indipendant mal-ewwel faċċata nsibu ritratt ta’ dak li ġara lbieraħ f’wieħed mix-xtut taċ-Ċirkewwa, fejn bosta karozzi iġerrew mill-ilma baħar u tul il-lejl membri tal-Protezzjoni Ċivili wettqu missjoni li jneħħu l-karozzi kollha miż-żona.
Fuq l-Orrizont fl-ewwel u fl-aħħar paġna ma nsibu xejn li jikkomemora il-51 sena tal-kisba tal-Indipendenza madanakollu nsibu attaki kontra Keith Zahra, fejn il-gazzetta ssejaħlu spjun tal-PN.
//= $special ?>