Internazzjonali

Ebda pass fl-Awstralja lejn repubblika għalissa

epa04939686 Australian Prime Minister Malcolm Turnbull speaks to the media during a press conference at Parliament House in Canberra, Australia, 20 September 2015. Turnbull announced his new ministry, which is expected to be sworn-in 21 September. Turnbull was sworn in as prime minister on 15 September, a day after the Liberal Party ousted Tony Abbott in a leadership ballot. EPA/LUKAS COCH AUSTRALIA AND NEW ZEALAND OUT

Il-Prim Ministru ġdid tal-Awstralja Malcom Turnbull qal li ma kellu ebda pjan li jabbanduna l-monarkija Ingliża u jemmen li dan il-pass jsita’ jseħħ la darba tintemm it-tmexxija tar-Reġina Eliżabetta II.
Turnbull, li hu favur li l-Awstralja ssir repubblika, neħħa lil Tony Abbott, li kien favur il-monarkija, bħala Prim Ministru wara li rebaħ elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Liberali.
Turnbull qal li hu aktar kien moħħu li jsaħħaħ l-ekonomija Awstraljana milli li jbiddel min se jkun il-kap tal-Istat Awstraljan.
Hu żied ukoll li kwistjoni bħal jekk l-Awstralja ssirx repubblika jew le ma setgħetx tkun xi ħaġa li jrid biss politiku imma sentiment ġenwin tal-poplu.
Stqarrija simili minn Turnbull iġġorr ħafna piż peress li hu kien imexxi l-Australian Republican Movement fis-snin disgħin waqt sforz biex l-Awstralja ssir repubblika. Il-kampanja kienet waslet għal referendum fl-1999 li kien intilef mir-Repubblikani.