Skont rapporti, in-negozjant Joe Gaffarena kien fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal mistoqsijiet.
Skont bosta ġurnali, hu kien mistoqsi mit-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi u, għal xi ħin, inżamm ukoll f’ċella taħt il-kustodja tal-Pulizija.
Membri tal-familja Gaffarena ssemmgħu f’diversi każijiet dan l-aħħar, b’mod partikolari dwar it-tpartit ta’ nofs propjetà fil-Belt Valletta ma’ art u flus kontanti b’valur ta’ €1.65 miljun.
F’bosta aħbarjiet dan l-aħħar kienu ntefgħu dellijiet dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-pompa tal-petrol f’Ħal Qormi, wara garanzija bankarja ta’ €500,000, u l-involviment tal-familja ma’ dik tal-eks-Aġent-Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit.
Aktar dettalji meta jaslulna.
//= $special ?>