Hija ħasra kbira li qed jinħolqu sitwazzjonijiet diffiċli għall-ġurnalisti.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal dan fi stqarrija dwar l-inċident li seħħ ftit jiem ilu meta l-Ministru Joe Mizzi iddiskrimina mal-ġurnalist ta’ Net News meta għażel li jinjora li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu, filwaqt li ma sabx diffikulta’ biex wieġeb mistoqsijiet ta’ ġurnalisti oħra.
L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin qal li rċieva l-ilment u dwar il-każ ikkomunika mal-Ministeru mmexxi minn Joe Mizzi dwar l-inċident.
L-Istitut tal-Ġurnalisti temm jappella li f’soċjeta’ demokratika, il-ħidma tal-ġurnalisti u l-camerapersons m’għandha qatt tiġi mxekkla.
//= $special ?>