Lokali

Illejla r-riċeviment annwali tal-PN fl-okkażjoni tal-Indipendenza

Illejla jsir ir-riċeviment annwali li l-Partit Nazzjonalista jorganizza fl-okkażjoni tal-Indipendenza. Riċeviment li mistenni jkunu indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Ir-riċeviment tal-lejla jġib fi tmiemu l-programm t’attivitajiet li organizza l-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni tal-51 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza u l-135 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Partit Nazzjonalista.

Ir-riċeviment jingħata bidu fis-7.30 ta’ filgħaxija u se jsir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pieta’ b’donazzjoni ta’ €10.

Ritratt: Arkivji