Lokali

Illum Jum l-Indipendenza

Illum qed ikun iċċelebrat Jum l-Indipendenza wara li 51 sena ilu, l-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier kien irnexxielu jikseb kostituzzjoni mingħand il-Gvern Ingliż li tat l-Indipendenza lill-pajjiżna.

Fil-Belt Valletta dalgħodu spikkaw l-attivitajiet ċeremonjali marbuta ma’ dan il-Jum Nazzjonali fejn għall-ħabta tad-9.30am telqet il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur minn Putirjal għal Triq ir-Repubblika.

Hemmek waslu l-mexxeja tal-pajjiż, fosthom l-Aġent President ta’ Malta Dolores Cristina u l-Prim Ministru Joseph Muscat fejn wara saret l-ispezzjoni tal-Gwardja tal-Unur mill-President.

Intant saret ukoll il-Quddiesa Pontifikali ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna. Tista’ ssegwi dak l-intqal fuq din il-link.

Aktar tard matul il-ġurnata saret iċ-ċeremonja ta’ tqegħid tal-fjuri quddiem il-monument tal-Indipendenza fil-Floriana fejn fost l-oħrajn qed kuruna tal-fjuri l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

Festi Ufficjali tal-Indipendenza (61)