Lokali

It-twissija dwar ir-riħ qawwi tibqa’ fis-seħħ sal-11 ta’ filgħaxija

It-twissija li nħarġet mill-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tibqa’ fis-seħħ sal-11 tal-lejla.

Aktar kmieni nħarġet twissija li r-riħ kien se jkun mill-Majjistral u qawwi lokalment qawwi ħafna fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Fl-aħħar siegħat kienu rappurtati numru ta’ karozzi li nġarru mill-baħar li tela’ fuq diversi xtut madwar Malta, partikolarment fiċ-Ċirkewwa qrib il-moll tal-vapur t’Għawdex.

Agħfas hawn biex tara l-filmati ta’ karozzi li spiċċaw il-baħar kawża tal-mewġ qawwi li ħakem.

[youtube width=”675px” height=”465px”]o4UgiRceBJg[/youtube]

 

IMG_0720