Lokali

Marlene Farrugia tikkritika l-magna tal-Partit Laburista

F’reazzjoni għad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, id-deputat Laburista Marlene Farrugia qalet Busuttil mess diversi punti li qed idejjqu lin-nies

Marlene Farrugia qalet dan meta fuq Facebook kritikat lill-magna tal-komunikazzjoni tal-Partit Laburista. Marlene Farrugia ikkritikat lill-magna tal-komunikazzjoni tal-Lejbor bħala waħda kważi arroganti, sterjotipika u maqtugħa minn dak li qed iħoss il-poplu.

Id-deputat Laburista kompliet tikkritika l-magna Laburista tal-komunikazzjoni u qalet li jkun aħjar għall-pajjiz jekk jagħtu lill-poplu l-fatti kif inhuma – u mhux kif jixtiequ li jkunu biex jidhru sbieħ.

marlene farrugia