Internazzjonali

Tsipras lura bħala Prim Ministru

epa04941364 Alexis Tsipras, former greek prime minister and leader of the radical feft party SYRIZA, waves to supporters as he exits from central office of party in Athens, Greece, 20 September 2015. Greek voters took to the polls throughout Greece in a general elections. SYRIZA agreed to form a government with Independent Greeks, SYRIZA party sources said, after official projections showed the left-wing party led by Alexis Tsipras clinching 35.5 per cent with nearly half the votes counted. EPA/ALEXANDROS VLACHOS

Alexis Tsipras ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru wara s-suċċess li kiseb fl-elezzjoni ġenerali bikrija tal-Ħadd.
Elezzjoni li sejjaħ wara li kien ilu biss disa’ xhur fil-poter u li fiha kiseb rebħa konvinċenti għalkemm mhux il-maġġoranza assoluta.
Is-Syriza ta’ Tsipras, li rebaħ 35 fil-mija tal-voti – ftit anqas mir-riżultat ta’ Jannar – se jidħol f’koalizzjoni mal-istess partit tal-amministrazzjoni preċedenti, dak tal-Griegi Indipendenti mmexxi minn Panos Kammenos.
Il-Partit tad-Demokrazija ġdida taċ-ċentru xellug rebaħ 28 fil-mija tal-voti filwaqt li ż-Żerniq Dehbi, il-partit estremista tal-lemin, kien konfermat fit-tielet post b’sebgħa fil-mija u rreġistra żieda fil-voti mill-elezzjoni ta’ Jannar.
Il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet lil Tsipras biex issa jimxi ’l quddiem bir-riformi li kienu ftiehmu dwarhom.
It-Tlieta, il-Kabinett ġdid ta’ Tsipras jieħu l-ġurament tal-ħatra u l-karigi ewlenin mistennija jibqgħu f’idejn l-istess nies.
Skont is-sistema elettorali Griega, il-partit li jikseb l-akbar ammont ta’ voti jingħata bonus ta’ 50 siġġu u issa s-Syriza se jkollu 145 siġġu f’Parlament ta’ 300 siġġu – erbgħa anqas minn dak li kellu fl-aħħar mandat.
Il-Griegi Indipendenti, partit kontra l-awsterità imma li jaqbel mas-Syriza, rebaħ għaxar siġġijiet, id-Demokrazija Ġdida rebaħ 75 siġġu u ż-Żerniq Dehbi rebaħ 18-il siġġu.