Minkejja l-biża’ ta’ ħafna li waqt xi għawma jisfaw vittma ta’ attakk minn shark, statistika ppublikata turi li iktar hemm ċans li tmut waqt li tieħu stessu, jew kif inhu magħruf aħjar bħala selfie, milli attakkant minn shark.
L-imwiet ta’ persuni waqt li kienu qed jieħdu ritratt tagħhom infushom hu fenomenu li qed jikber u fl-2015 filfatt ġew reġistrati 12-il mewt ta’ persuni waqt li kienu qed jieħdu selfie. Fl-istess żmien mietu inqas persuni, tmienja, wara li ġew attakkati minn sharks.
Ħafna mill-imwiet kawża tas-selfies seħħew minħabba waqgħat mill-għoli għal persuni li ppruvaw ikunu iktar avventurużi u xxabbtu jew marru fit-tarf biex jieħdu ritratt oriġinali. It-tieni l-iktar komuni kienu persuni li ntlaqtu minn xi vettura biex jieħdu selfie.
Fir-Russja, imwiet kawża ta’ stessu tant żdiedu li l-Gvern ħareġ gwida (ritratt) li tindika r-riskji differenti li wieħed imut waqt li jipprova jieħu stessu.
Fil-Park Nazzjonali ta’ Yellowstone, l-awtoritajiet saħansitra kellhom joħorġu twissija biex il-viżitaturi ma jiħdux stessu ma’ tip ta’ gendus (bison) li jgħix fil-post minħabba każi ta’ persuni li spiċċaw minfuda mill-qarn ta’ dan l-annimal waqt li kienu qed jipprovaw jieħdu selfie qrib tiegħu.
Każi oħra riċenti kienu jinkludu persuni li sofrew xokk waqt li xxabru ma’ tren biex jieġdu selfie, pilota li waqa’ bl-ajruplan żgħir li kien qed isuq bil-konsegwenza li miet hu u passiġġier. Seħħew ukoll numru ta’ każi ta’ persuni li mietu wara li ppużaw ma’ armi tan-nar.
//= $special ?>