Lokali

Filmat: Illum Car Free Day, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jmur ix-xogħol bir-rota

Illum qed titfakkar il-ġurnata internazzjonali mingħajr karozzi (Car Free Day). Ta’ kull sena, din titfakkar fit-22 ta’ Settembru bil-għan li jkun promoss l-Ambjent bin-nuqqas ta’ użu ta’ karozzi.

Għal din l-okkażjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil mar ix-xogħol fid-Dar Ċentrali bir-rota mid-dar tiegħu.

L-idea ta’ Simon Busuttil kienet li jħeġġeġ aktar persuni jegħlbu l-problema tat-traffiku, iżommu ruħhom f’saħħithom, filwaqt li jgħinu fit-tnaqqis tat-tniġġis fl-arja grazzi għal mezzi oħra tat-trasport.