Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 22 ta’ Settembru.
IN-NAZZJON b’numru ta’ ritratti fil-faċċata li juru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali li fakkru l-51 anniversarju tal-Indipendenza. L-Arċisqof jappella lill-politiċi biex ma jaqgħux għat-tentazzjoni li jġib miegħu l-poter.
Il-gazzetta TIMES OF MALTA tirrapporta kif Joe Gaffarena ġie interrogat fid-depot tal-Pulizija fil-Furjana, għalkemm għadu mhux ċar għaliex ġie arrestat. L-istess aħbar insibuha rappurtata fil-faċċatat ta’ THE MALTA INDEPENDENT.
L-ORIZZONT b’ritratt tal-powerstation li tinsab taħt l-art fil-Marsa, u li kellha skop militari fi żmien il-ħakma Ingliża.
//= $special ?>