Il-Labour Force Survey juri żieda inkwetanti ta’ iktar minn 4,000 impjieg mal-Gvern f’temp ta’ sena. Fi stqarrija, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista u Shadow Minister għall-Finanzi Mario de Marco qal li fl-istess żmien, kien hemm tnaqqis fin-numru ta’ persuni jaħdmu fil-manifattura, kummerċ, akkomodazzjoni u trasport, tnaqqis komplessiv ta’ ftit iktar minn 3,800. Fil-fatt in-numru ta’ nies li jaħdmu mal-Gvern żdied minn 46,489 fit-tieni kwart tas-sena li għaddiet għal 50,646 fl-istess żmien ta’ din is-sena.
L-istqarrija tkompli li filwaqt li l-paga medja tal-amministrazzjoni pubblika żdiedet b’€354, il-paga medja fis-settur kummerċjali u akkomodazzjoni żdiedet b’€65 u l-paga medja fis-settur tal-manifattura naqset b’€619.
Dawn ir-riżultati juru li iktar persuni qed jiddaħħlu mal-Gvern minkejja l-wegħda li kellu jsir eżattament bil-kontra. Dan qed iżid in-nefqa tal-Gvern li filwaqt se turi tkabbir fl-immedjat, din l-istrateġija mhux sostenibbli fit-tul.
//= $special ?>