L-attivitajiet tal-Indipendenza li saru fil-Belt ikkonfermaw kemm in-nies qed jersqu dejjem aktar lejn il-Partit Nazzjonalista. Dan sostnieh il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil meta indirizza r-Riċeviment tal-Indipendenza fid-Dar Ċentrali tal-Partit.
Għar-Riċeviment attendew ukoll il-Viċi Kapijiet Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, is-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, Uffiċjali, Deputati u anke Kandidati.
Simon Busuttil tkellem dwar il-mod kif in-nies laqgħu l-attivitajiet tal-Indipendenza, li saru fil-Belt, filwaqt li qal li l-parteċipazzjoni tan-nies u l-atmosfera ġenerali kkonfermaw kemm kienet deċiżjoni għaqlija li ssir bidla u li l-attivitajiet tal-Indipendenza jsiru fil-Belt.
Dan is-sentiment pożittiv hu konferma ta’ kemm il-Partit Nazzjonalsita qed jirnexxielu jwasssal il-messaġġ tiegħu fis-soċjetà, sostna Simon Busuttil, li appella lill-partitarji Nazzjonalisti u lill-attivisti biex ikomplu bil-ħidma tagħhom fix-xhur u snin li ġejjin.
B’hekk, il-Partit Nazzjonalista jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni u l-appoġġ tiegħu fost il-poplu.
//= $special ?>