Id-Dipartiment tal-Farmaċija tal-Università ta’ Malta, flimkien mal-Awtorità Maltija dwar il-Mediċini, l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Farmaċija, l-Assoċjazzjoni Farmeċewtika ta’ Malta u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali u l-Affarijiet tal-Konsumatur, qed itellgħu numru ta’ attivitajiet li jilħqu l-qofol tagħhom il-Ġimgħa li ġej, li hu l-Jum Dinji tal-Farmaċisti.
L-għan ta’ din is-sena hu li titqajjem kuxjenza dwar il-mediċini hekk imsejħa ġeneriċi. Dawn ma jkunux marbuta ma’ xi ditta partikolari, iżda jkollhom l-istess ingredienti, dożi u effetti bħall-mediċini ta’ ditta. L-attivitajiet komplew illum fid-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta, fejn l-eks Kanċillier tal-Università ta’ Malta Prof John Rizzo Naudi għamel donazzjoni ta’ kotba storiċi relatati mal-Farmaċija u l-Mediċina.
Fost il-volumi li ngħataw bħala donazzjoni, hemm ktieb dwar il-mard tar-reġjuni tropikali u sub-tropikali, miktub fl-1931 mill-President Emeritus Ċensu Tabone. Id-donazzjoni saret fil-preżenza tar-Rettur tal-Università ta’ Malta Prof Juanito Camilleri, id-Dekan tal-Fakultà tal-Mediċina Prof Godfrey Laferla u l-Kap tad-Dipartiment tal-Farmaċija Prof Lilian Azzopardi.
//= $special ?>