Parti mill-qliegħ li qed tagħmel l-Enemalta għandu jmur f’inċentivi biex kuntratturi jibnu strutturi li ma jaħlux enerġija – MDA.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) ma taqbilx li għandu jkun hemm iktar roħs fit-tariffi tal-elettriku. Fi stqarrija, l-MDA qalet li filwaqt li jidher li bir-roħs tal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt jista’ jkun hemm lok għal iktar roħs, l-MDA “tifhem li l-Enemalta trid tpatti għad-dejn tal-passat.”
L-Assoċjazzjoni wissiet li iktar roħs jista’ jinkoraġixxi l-ħela tal-elettriku għad-dannu tal-ambjent. L-MDA issuġġeriet li parti mill-qliegħ li qed tagħmel l-Enemalta minħabba r-roħs fil-prezz taż-żejt għandu jmur għal iktar inċentivi għal min jinvesti f’enerġija nadifa bħal pannelli fotovoltajċi u inċentivi ġodda għal żviluppaturi li jibnu b’mod li ma jaħlix enerġija, fosthom double glazing u thermal breaks u prodotti li jnaqqsu l-emissjonijiet.
L-MDA ħeġġet lill-iżviluppaturi u sidien tal-propjeta’ jagħmlu l-isforzi tagħhom sabiex il-bini f’Malta jkun aktar effiċjenti.
//= $special ?>