Kelliema għall-Volkswagen qalu li 11 il-miljun vettura madwar id-dinja huma involuti fl-iskandlu li żbroffa rigward kif l-istess kumpannija mmanipulat it-testijiet għall-emissjonijiet tal-karrozzi tagħha fl-Istati Uniti.
Intant, il-Volkswagen qed twarrab mas-6.5 biljun ewro biex tkopri l-ispejjeż ta’ dan l-iskandlu.
Il-Kap eżekuttiv ta’ Volkswagen, Martin Winterkorn, talab diversi apoloġiji dwar ‘it-tbagħbis tat-testijiet’ u tenna li jiddispjaċih għall-mod kif huma ‘immanipulaw l-affarijiet’. Aktar kmieni, Michael Horn li jmexxi l-fergħa tal-Volkswagen fl-Istati Uniti, ammetta li l-kumpannija kienet ‘żbaljat bil-kbir’.
Id-Dipartiment tat-Trasport fir-Renju Unit, intant, żied leħnu ma tal-entitajiet l-oħrajn li qed jinsistu biex il-każ ikun investigat fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
L-Environmental Protection Agency (EPA) tal-Istati Uniti, nhar il-Ġimgħa, qalet li l-karozzi Volkswagen li jaħdmu bid-diesel kellhom emizzjonijiet ogħla milli ssuġġerew il-provi relatati. Skont din l-aġenzija, s-software li hemm f’diversi vetturi li jaħdmu bid-diesel kapaċi anki jqarraq bir-regolaturi.
Min-naħa tiegħu, Martin Winterkorn qal li l-Volkswagen għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet Amerikani.
//= $special ?>