Persuni armati fl-aħħar sigħat ħatfu numru ta’ turisti u mara lokali minn resort fil-Gżira ta’ Samal, viċin Mindanao, u telqu bihom b’dgħajsa.
L-aggressuri ma kinux identifikati u l-Pulizija Filippina qalet li n-nies li nħatfu – fosthom żewġ Kanadiżi u raġel Norveġiż – jidhru kienu mira speċifika aktar milli vittmi ta’ ħtif għal għarrieda.
Jingħad li n-Norveġiż, identifikat bħala Kjartan Sekkingstad, hu l-manager tar-resort turistiku inkwistjoni, ‘Holiday Oceanview’. Rapporti sostnew li żewġ turisti Ġappuniżi kienu ppruvaw jintervjenu biex iwaqqfu l-ħtif.
L-inċidenti li jinvolvu ħtif ta’ persuni ilhom għaddejjin mis-snin disgħin fin-Nofsinhar tal-Filippini. F’dawn il-każi spikka l-aġir tal-gruppi ta’ militanti Musulmani li ħatfu l-ostaġġi bl-iskop li jitħallas rahan għalihom.
//= $special ?>