Lokali

Analiżi tal-ġurnali

In-Nazzjon b’ritratt kbir turi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, jaqdef fuq ir-rota lejn ix-xogħol fil-ġurnata meqjusa bħala Car Free Day. Insibu wkoll storja dwar kif Joe Gaffarena u l-eks spettur Daniel Zammit qed jgħinu lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħha. Insibu wkoll ritratt tal-Parlament taż-żgħażagħ fejn saret kritika għall-problema tat-traffiku u għall-att dwar il-protezzjoni tal-embrijuni.

The Malta Independent fl-istorja prinċipali tagħha insibu kif raġel Ingliż qala’ xebgħa kbira f’Paceville. Ritratt kbir fil-faċċata juri l-ġrieħi li ġarrab f’dan l-attakk. Storja oħra tgħid li Malta tista tieħu sa 189 immigrant skont il-kwoti tal-Unjoni Ewropea.

The Times of Malta fl-istorja prinċipali tagħha insibu li llum il-MEPA mistennija tisma l-appell dwar żvilupp ta’ batching plant propost fis-Siġġiewi, liema zona tneħħitilha l-protezzjoni mill-MEPA fl-aħħar ġimgħat. Dan il-ġurnal jitkellem ukoll dwar il-pjan maqbul mill-Ministri tal-Intern tal-UE dwar l-immigrazzjoni. Kif ukoll insibu ritratt li jur is-seduta tal-bieraħ tal-Parlament taż-żgħażagħ.

Fil-Maltatoday insibu l-istorja ta’ kif tfajjel ta’ 14-il sena hu akkużat bil-qtil involontarju ta’ sieħbu wara inċident li kellhom fil-baħar. Storja oħra titkellem kemm Malta se tieħu immigranti wara l-qbil li ntlaħaq ilbieraħ fl-Unjoni Ewropea.

L-Orizzont titkellem dwar l-aħħar twissija li l-GWU tat lil Malta Public Transport kif ukoll li fil-but qed jibqa’ 328 ewro aktar wara żidiet fil-pagi.