Sport

Barcelona jistgħu jiġu esklużi mill-kampjonat Spanjol

Javier Tebas, il-President tal-Kampjonat Spanjol u Miguel Cardenal, il-Ministru għall-Isport sa’ Spanja, it-tnejn li huma qalu li jekk ir-reġjun ta’ Katalunja jikseb l-indipendenza it-tim ta’ Barcelona mhux se jitħalla jikkompeti aktar fil-La Liga.

Nhar il-Ħadd li ġej se jsiru l-elezzjonijiet reġjonali f’Katalunja u jekk il-partiti politiċi li jridu jinfidru minn ma’ Spanja jiksbu l-maġġoranza tal-voti Katalunja tkun indipendenti għall-ewwel darba sa mill-1714. Bla dubju jekk Barcelona ma jibqgħux jikkompetu fil-La Liga l-kampjonat jieħu daqqa ta’ ħarta kbira għax ikun tilef tim mill-aqwa u tim li attwalment hu ċ-ċhampion kemm ta’ Spanja kif ukoll tal-Ewropa.

Minn naħa tagħhom partitarji ta’ Barcelona qed jittamaw li dan ma jseħħx u jibqgħu jilagħbu fil-kampjonat Spanjol bħal ma’ Wales jilagħbu fil-Premiership Ingliż. Ta min jinnota li jekk Katalunja tikseb l-indipendenza anke t-tim ta’ Espanyol ma jkunx eliġibbli biex jieħu sehem fil-La Liga.