Minkejja l-kritika ħarxa, Muscat jitkellem bil-kontra taż-żgħażagħ
Iż-żgħażagħ ma jaqblux mal-Prim Ministru Joseph Muscat, li jinbidel l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni. Din kienet ir-reazzjoni taż-żgħażagħ li lbieraħ ħadu sehem fil-Parlament taż-Żgħażagħ, li fih ħadu sehem ukoll membri miż-żewġ naħat tal-Kamra.
Iż-żgħażagħ qalu li jekk tinbidel il-Liġi tal-Embrijuni, nispiċċaw nipproduċu l-embrijuni qishom pastizzi, filwaqt li sostnew li dan imur totalment kontra d-dinjità tal-embrijun uman u għalhekk tal-persuna umana.
Iż-żgħażagħ iddeskrivew l-iffriżar tal-embrijuni, flimkien mal-abort u l-ewtanasja, bħala parti mill-“kultura tal-mewt”. Iżda min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Muscat tkellem bil-kontra u baqa’ jmeri l-argumenti, minkejja l-kritika ħarxa li kellu miż-żgħażagħ dwar dan is-suġġett.
Fis-seduta tal-bieraħ fil-bini l-ġdid tal-Parlament, iż-żgħażagħ Maltin ressqu numru ta’ Riżoluzzjonijiet fuq diversi punti dwar l-ugwaljanza, l-apatija għall-ħajja, mezzi alternattivi ta’ trasport, l-immigrazzjoni u d-dritt għall-ħajja.
//= $special ?>