Ikomplu l-problemi fil-Gozo Channel
Ikomplu jaslulna aktar ilmenti dwar il-kundizzjonijiet li qed jitħallew fihom dawk li jagħmlu użu mit-Terminal tal-Gozo Channel fl-Imġarr Għawdex. Fil-jiem li għaddew, kien hemm problema bl-arja kkundizzjonata, tant li dawk li ta’ kuljum ikunu qed jistennew biex jitilgħu abbord il-vapur, qed jitħallew jistennew fi sħana kbira.
Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta li dawn il-ħsarat għadhom ma tranġawx, tant li minflok issewwew l-air conditioners, inġiebu mobile air conditioners li kienu qed jiswew lill-Gozo Channel madwar €7,000 kuljum. Dawn issa tneħħew u minflokhom intramaw fannijiet kbar. Madankollu, din is-soluzzjoni ma tantx niżlet tajjeb mal-passiġġieri minħabba li fit-Terminal xorta għadha tinħass sħana kbira.
Sadanittant, din mhijiex l-unika problema li qed tiffaċċja l-Gozo Channel bħalissa, hekk kif ħaddiema tal-kumpanija qed igergru li qed ikunu sfurzati jagħmlu l-overtime minħabba nuqqas ta’ ħaddiema. Din il-problema ilha għaddejja u jidher li għadha ma ġietx indirizzata, bil-konsegwenza li qed ibatu l-ħaddiema.
Is-sorsi li tkellmu magħna qalu li l-ħaddiema jixtiequ li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom ikunu aħjar għax b’hekk ikun assigurat li s-servizz offrut lill-passiġġieri tal-Gozo Channel ikun wieħed tajjeb.
//= $special ?>