Lokali

L-istudenti jinsistu li jkunu ppubblikati riżultati tal-MATSEC

L-Istudenti Demokristjani Maltin (SDM) qed jinsistu li jkunu ippubblikati mill-iktar fis u bla dewmien.

F’konferenza tal-aħbarijiet Ian Zahra, il-Viċi-President tal-SDM qal li hemm indikazzjonijiet li r-riżultati tal-MATSEC se joħorġu fl-aħħar ta’ Settembru u sostna li din irrabbjat lill-istudenti li kkomunikaw mal-SDM.

Hu sostna li qed issir drawwa li r-riżultati jkunu ppublikati tard bil-konswgwenza li dan qed jikkaġuna pressjoni żejda fuq l-istudenti. L-istudenti sostnew li minkejja li r-riżultati għadhom mhux pubblikati l-Univerista tibda is-sena akkademika tagħha nhar it-Tnejn, il-Junior College GF Abela jibda l-ġimgħa d-dieħla u l-Iskola Għola Giogvanni Curmi tibda r-reġsitrazzjoni llum.

L-SDM sostnew li fl-aħħar tliet snin huma ppressaw lill-MATSEC biex jippubblikaw ir-riżultati tal-eżamijiet bla dewmien speċjalment is-sessjonijiet tal-eżamijiet supplimentari f’Settembru. L-istudenti oġġezzjonaw ukoll għall-mod kif tul din is-sena il-ħlas għall-eżamijiet għolew u għalhekk l-istudenti jistennew servizz aħjar.