Edukazzjoni Għawdex Lokali

Mingħajr l-investiment f’hostel, l-istudenti Għawdxin se jibqgħu jbatu minn ħlasijiet għoljin – il-President tal-GUG

Il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG) qed isostnu l-appell tagħhom lill-Gvern biex jinvesti f’hostel li jintuża’ mill-Għawdxin li jistudjaw fl-Università ta’ Malta biex itaffu l-problemi kbar ta’ akkomodazzjoni u l-ispejjeż biex jikru propjetà f’Malta sakemm jistudjaw f’Malta.

U wara li għal din il-proposta kien hemm reazzjoni negattiva mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, li opponieha, il-President tal-GUG Dennis Muscat sostna li din il-proposta jkollha effetta anke fuq iż-żona tal-Imsida u s-Swatar, li qed timtela’ b’appartamenti biex jinkrew lill-istudenti.

Dennis Muscat qal li quddiem il-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern, l-istudenti Għawdxin iħossu li mingħajr investiment f’hostel, huma u l-familjari taghhom se jibqghu jbatu l-konsegwenzi ta’ ħlasijiet dejjem jogħlew għall-kiri tal-propjetà.