Lokali

Rikonoxxuta l-ħidma ta’ Simon Busuttil favur soluzzjoni għall-problemi tar-refuġjati

epa04908280 Syrian refugees enter a bus after arriving by ferry at the port of Piraeus, near Athens, Greece, 01 September 2015. The ship arrived in the port of Piareus carrying about 1,800 Syrian refugees who landed on the Greek island of Lesvos from Turkey. Some 20,000 refugees arrived on Greek islands last week while the Greek people on the islands are struggling amidst the financial crisis and the height of the tourist season. EPA/YANNIS KOLESIDIS

Il-Membru Parlamentari Ewropew Ingliża Jean Lambert irrikonoxxiet il-ħidma li wettaq il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għal soluzzjoni dwar il-kriżi tar-refuġjati. Qal li flimkien mal-MEP f’isem il-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola, il-politiċi Maltin għandhom kontribut importanti x’jagħtu f’dawn is-soluzzjonijiet, bil-perspettiva Mediterranja tal-problema.

Lambert kienet waħda mill-kelliema ewlenin f’konferenza li fakkret il-ħames anniversarju mit-twaqqif tal-Uffiċċju Ewropew tal-Ażil (EASO) f’Malta. Għall-konferenza attendew diversi politiċi lokali, fosthom ix-Shadow Minister Claudette Buttigieg, kif ukoll numru ta’ politiċi barranin, MEPs u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet involuti fis-settur tar-refuġjati u l-immigranti.

Il-konferenza, li saret f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt, trattat l-importanza tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi involuti u enfażizzat l-importanza ta’ soluzzjoni kollettiva għal din il-problema.

Ma’ MaltaRightNow.com, id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, li kien responsabbli mill-ftuħ ta’ dan l-Uffiċċju fl-2011, qal li hu pożittiv li dan l-Uffiċċju importanti issa qed jopera minn Malta għax juri l-impenn u s-solidarjetà li Malta dejjem uriet quddiem il-problema. Mifsud Bonnici sostna li l-Unjoni Ewropea għandha l-istituzzjonijiet meħtieġa biex jiffunzjonaw f’dawn iċ-ċirkostanzi, li jridu jkunu huma li jaħdmu biex jinstabu s-soluzzjonjiet.