Fi Pjazza Sant’Anna Tas-Sliema dalgħodu fetħet il-maratona ta’ 14-il siegħa b’risq l-ALS Malta.
F’din il-maratona qed jipparteċipaw numru kbir ta’ bands u kantanti bħal The Madhatters, Big Band Brothers, Firelight, George Curmi il-Puse, Texanna, Destiny Chukunyere, William Mangion & Band, Larissa Borg, Jessica Muscat, Lyndsay Pace, Roger Tirazona, Milena Bianco, Franco & Band u Adie.
In-nies huma imħeġġa jipparteċipaw u jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom b’risq il-persuni affetwati mill-kundizzjoni serja tal-ALS.
Il-maratona mużikali tintemm fil-11pm.
//= $special ?>