Anzjana ta’ 69 sena mill-Mosta sofriet feriti gravi iżda mhijiex fil-periklu li titlef ħajjitha wara li ntlaqtet minn karozza fil-Mosta stess. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.50pm fi Triq il-Belt Valletta, fejn l-anzjana ntlaqtet mill-karozza tat-tip Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 31 sena minn Birkirkara.
Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Wara li ngħatat l-ewwel għajnuna medika fil-post, hi ttieħdet l-Isptar għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament mhijiex fil-periklu li titlef ħajjitha.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>