Futbol Sport

Il-holders Chelsea jmisshom kontra Stoke

Il-holders tal-League Cup Chelsea jmisshom jilagħbu kontra Stoke City fir-raba’ rawnd tal-League Cup wara li tard l-Erbgħa filgħaxija eliminaw lil Walsall bi skor ta’ 4-1. Logħba oħra bejn żewġ timijiet tal-Premiership se tkun dik bejn Liverpool u Bournemouth. It-tim ta’ Rodgers kellu jitħabat mhux ftit biex elimina lil Carlisle bil-penalties f’Anfield u minkejja din ir-rebħa żgur li l-pressjoni fuq ir-Reds għadha waħda kbira.

Manchester City jilagħbu fl-Etihad Staidum kontra Crystal Palace u Manchester Untied jiltaqgħu kontra Middlesbrough u fuq il-karta jibdew favoriti li jeliminaw lit-tim li jilgħab f’The Championship.

Konfront interessanti se jkun dak bejn Southampton u Aston Villa. Bla dubju li l-avversarji li jmiss għal Southampton huma ferm aktar delikati minn MK Dons li ma setgħu jagħmlu xejn kontrihom fit-tielet rawnd u tilfu 6-0.
Għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni dan l-istaġun Everton se jkunu qed jilagħbu f’darhom meta fir-raba’ rawnd jilagħbu kontra Norwich.

Hull City, taħt it-tmexxija ta’ Steve Bruce eliminaw lil Swansea u issa jiltaqgħu kontra Leicester li min-naħa tagħhom eliminaw lil West Ham Utd wara l-ħin barrani.

Arsenal, li fir-rawnd preċedenti eliminaw lir-rivali Tottenham issa fuq il-karta għandhom konfront ferm aktar faċli meta jilagħbu kontra Sheffield Wednesday. Il-partiti jintlagħbu fit-23 ta’ Ottubru.

Il-polza
Manchester City v Crystal Palace
Liverpool v Bournemouth
Man United v Middlesbrough
Everton v Norwich
Southampton v Aston Villa
S.Wednesday v Arsenal
Hull v Leicester
Stoke v Chelsea