Internazzjonali

Nefaq $100,000 għal replika eżatta ta’ Chitty Chitty Bang Bang

Pulizija Amerikan li rtira mill-korp irrealizza proġett ambizzjuż li hu għal qalbu ħafna u fejn irnexxielu joħloq replika tal-karozza li kienet intużat għall-film klassiku tal-1968, bl-isem Chitty Chitty Bang Bang.

Tony Garofalo, li ġej minn Long Island u li serva bħala pulizija fi New York, jammetti li nefaq ‘il fuq minn $100,000 biex jibni din il-karozza u fejn – darba minnhom – kien qabad titjira lejn Los Angeles biex jara l-vettura klassika oriġinali għal speċi ta’ ‘referenza’.

Intant, Garofalo qal li ma jiddispjaċih xejn mill-ħidma diffiċli għaliex, grazzi għal dan il-proġett, ‘qiegħed iħossu mill-ġdid bħala tifel kbir’.

Hu ilu dilettant kbir ta’ ‘Chitty Chitty Bang Bang’ mindu kien għad għandu biss erba’ snin u meta mar jara l-premiere ta’ dan il-film fi New York.