It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena beda l-impenji tiegħu fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-2017 b’telfa kbira ta’ 5-1 kontra l-Iżvezja.
Bellmann fetaħ l-iskor wara 11-il minuta u minn hemm ‘il quddiem kollox kien f’idejn Bergqvist li skurja erba’ gowls kontra l-Maltin, tlieta minnhom fl-ewwel taqsima.
Il-Maltin li qegħdin fi Grupp 3, issa jittamaw li jirkupraw meta nhar is-Sibt jilagħbu t-tieni logħba kontra l-Irlanda fil-11am. L-aħħar impenn ikun dak tad-29 ta’ Settembru kontra l-Finlandja fit-3.45pm.
//= $special ?>