Aġġornata : Ftit tal-ħin ilu il-Pulizija fi stqarrija qalet li t-tfajla ta’ 16-il sena, Nicole Micallef, li kienet irrapurtata nieqsa, instabet qawwija u sħiħa.
Nicole Micallef, ta’ 16-il sena mill-Imsida, it-Tnejn li għadda ġiet rappurtata nieqsa lill-Pulizija.
Nicole hi twila madwar ħames piedi u tliet pulzieri u għandha statura irqiqa. Iż-żagħżugħa għandha xagħarha ċar u għajnejha ħodor.
Nicole dehret l-aħħar fl-Imsida.
Il-Pulizija qed tappella għall-għajnuna tal-pubbliku, billi kulmin ikolli xi informazzjoni jagħmel kuntatt fuq in-numru 119 jew fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.
//= $special ?>