Lokali

Attività b’risq NET HD

Sfida Net fid-dar ċentrali tal-PN attivita’ li issa saret parti mill-kalendarju ta’ attivitajiet ta’ Net TV attivita’ li din is-sena għandha sinifikat iktar importanti għaliex se tkun qed issir biex jinġabru fondi għall-investiment li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel biex jikkonverti l-istazzjon televiżiv f’High Definition.

Attivita’ li bdiet fis-6 tal-lejla u tintemm f’11 tal-Ħadd filgħodu.

L-HD hu investiment meħtieġ li mhux qed isir b’kapriċċ, iżda li qed isir mhux biss biex NET TV jkun fuq quddiem fost l-istazzjonijiet lokali, iżda wkoll għaliex l-apparat preżenti issa hu antik u m’għadux joffru l-aħjar kwalità. Dwar dan Net News tkellem ma’ Karl Gouder

Sfida Net qed iżomm il-format tas-snin li għaddew, b’numru ta’ parteċipanti jingħalqu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalist u jgħixu flimkien. Il-parteċipanti huma Robert Cremona, Lisa Spiteri, Clarissa Ellul, James Xuereb, Jerome Caruana Cilia, Fabian Scerri de Carlo, Charmaine Parnis u Maxine Pace.

Fl-aħħar sigħat is-sala ewlenija tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista kienet konvertita għal dar temporanja.

Sfida Net se tkun attività ta’ divertiment li ġġib flimkien numru ta’ persuni b’karattri differenti; kollha personalitajiet televiżivi. Sfida Net se twassal ukoll lit-telespatturi opportunità biex dawn jikkontribwixxu biex il-Partit Nazzjonalista ikompli jsaħħaħ il-mezzi tiegħu ta’ komunikazzjoni.