Sadattant f’konferenza tal-aħbarijiet il-kumpanija Auto buses de Leon irreaġixxiet bid-Direttur tat-Trasport Internazzjonali tal-kumpanija Julio Trioni isosnti li l-kumpanija lesta tasal għall-ftehim iżda mhux f’48 siegħa għaleiex dan hu mpossibbli. Trioni qal li sal-bieraħ filgħaxija kien hemm kważi 40 fil-mija tas-servizz jaħdem normali. Sal-ħin tal-konferenza l-kumpanija ma kinitx informata li l-GWU kienet se testendi l-istrajk għal iktar granet. Hu qal li għall-kumpanija mhux aċċettabbli li l-union tagħti ultimatum. Dwar il-kwistjoni tal-break, Trioni qal li l-proposti tal-kumpanija hum skont ir-regoli Maltin u Ewropej u li anki hawn teżisti possibbiltà ta’ ftehim.
L-uffiċjal tal-kumpanija espriema fiduċja li ħafna mill-pendenzi li hemm bejn iż-żewġ naħat jistgħu jkunu solvuti. Hu enfażizza li l-kumpamnija kienet se tinforma lill-ħaddiema bis-sitwazzjoni tal-50 fil-mija servizz obbligatorju, dejjem jekk il-GWU tkompli bl-istrajk. Trioni akkuża lill-GWU li dejjem qed tibdel il-parametri at-ddiksussjoniji u għalhekk ma ntlaħaqx ftehim.
//= $special ?>