Ambjent Lokali

FILMAT U RITRATT: Il-wasla ta’ għasfur rari f’Malta

Avultun Eġizzjan rari seraq l-attenzjoni ta’ bosta hekk kif wasal Malta lbieraħ, u qatta’ l-lejl f’pajjiżna.

Tobia huwa l-isem ta’ dan l-avultun li twieled fis-17 ta’ Ġunju, u nħeles fis-salvaġġ fil-Kalabrija.

Din it-tajra qed tkun imħarsa minn BirdLife Malta u anke uffiċjali tal-Pulizija.

Nicholas Barbara minn BirdLife Malta sostna li “avultuni Eġizzjani huma għasafar inkredibbli, u rari jiġu Malta. Hija xi ħaġa fantastika li naraw din it-tajra hawnhekk”.