Erba’ studenti barranin tilfu ħajjithom f’ħabta bejn vettura tat-tours u xarabank fuq pont f’Seattle, fl-Istat Amerikan ta’ Washington.
L-inċident seħħ fuq l-Aurora Bridge, meta l-vettura tat-tip Ride the Ducks li tintuża għat-tours tal-bliet Amerikani baqgħet dieħla direttament ġo ġenb ta’ xabarank.
Il-mejtin kienu jattendu n-North Seattle College, u għadd ta’ nies oħra (li ħafna minnhom kienu fuq ix-xarabank) spiċċaw feruti gravi.
Is-Sindku ta’ Seattle Ed Murray aktar tard tkellem u pprovda d-dettalji tal-inċident li hu ddeskriva bħala traġedja terribbli.
//= $special ?>