Membri tal-CABS żarmaw mal-15-il tagħmir elettroniku illegali li kien qed jintuża sabiex jissejħu s-summien.
Uħud minn dan it-tagħmir tpoġġa fil-konkrit sabiex ma jinsteraqx jew jittieħed mill-Pulizija. L-użu ta’ dan it-tagħmir li jimita l-ħsejjes tal-għasafar huwa ipprojbit skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja. Fi stqarrija, il-CABS qalu li sabu nasba kbira fl-inħawi Tas-Salvatur f’Għawdex, li fiha kien hemm 14-il gamiema u tliet tipi t’għasafar protetti oħra.
Bis-sejba ġew infurmati l-Pulizija. Infatti f’din l-istqarrija l-CABS qalu li ħidmiet simili se jibqgħu isiru fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.
//= $special ?>