Intant, minħabba li l-konferenza tal-aħbarijiet dwar it-Tazza tad-Dinja tal-2022 ġiet kanċellata, l-FIFA xorta waħda kkonfermat id-dati permezz ta’ stqarrija. It-turnament se jibda fil-21 ta’ Novembru tal-2022 u jintemm bil-finali fit-18 ta’ Diċembru, ġimgħa qabel il-Milied.
Dan ifisser li l-edizzjoni se ddum 28 jum, erbat ijiem inqas mis-soltu. Ta min jiftakar li t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar se ssir fix-xitwa minħabba t-temperaturi sħan li jkun hemm fil-pajjiż matul l-istaġun tas-sajf.
//= $special ?>