Lokali

Jiżdied b’mod qawwi n-numru ta’ Libjani u Russi li rnexxielhom jiksbu permess ta’ residenza

Fl-aħħar sentejn in-numru ta’ Libjani u Russi li rnexxielhom jiksbu permess ta’ residenza żdied b’mod qawwi.

Dan kien żvelat f’rapport f’The Times li fih intqal kien stabbilit in-numru ta’ permessi għal persuni Libjani u oħrajn Russi li nħarġu.

Fil-każ tal-Libjani fl-2014 inhargu 3486 permess waqt li fl-2013 inhargu 1695. Dawn is-sentejn jikkontrastraw bil-kbir man-numru ta’ residenzi li nħarġu fl-2012 meta nħarġu 784 permess waqt li fl-2011 inħarġu 397 permess u fl-2010, 454 permess.

Fil-każ tar-Russi hemm ukoll qabżiet kbar bejn l-2010 u l-2014. Filwaqt li fil-2010 inħarġu 541 permezz ta’ residenza għal Russi, fl-2014 dan in-numru tela’ għal 1493. Qabża oħra saret bjen l-2012 u l-2013 fejn filwaqt li fl-2012 inħargu 729 permezz għal persuni Russi fl-2013 inħargu 1078 permess.

Mir-rapport ta’ The Times jirriżulta li l-pulizija għamlet diversi arresti dwar dan il-każ, li ħareġ fil-pubbliku meta kienet żvelata x-xibka wara l-każ tal-ex teżorier tal-Partit Laburista Joe Sammut.

The Times ipprova jieħu r-reazzjoni tal-uffiċċju tal-Prim Ministru biex jispjega għaliex kemm ilu li tela’ l-Gvern Laburista n-numru ta’ permessi ta’ residenzi li nħargu sploda, izda l-uffiċċju tal-Prim Ministru ma weġibx.

Libjani li tkellmu ma’ The Times qalu li dan l-abbuz ilu ghaddej, izda kemm ilu li tela l-gvern Laburista l-bibien infetħu u min hu kapaċi jħallas, jakkwista visa jew permess ta’ residenza.