Lokali

L-Airshow tibda għada

Numru ta’ ajruplani u ħelikopters waslu f’Ħal Luqa għall-avveniment annwali tal-Malta International Airshow li se tibda għada.

Żewġ ħelikopters BlackCats tar-Royal Navy twasslu abbord żewġ ajruplani enormi tar-Royal Air Force u ġew armati biex matul l-attività tas-Sibt u l-Ħadd jagħtu spettaklu lill-pubbliku.

Iż-żewġ attrazzjonijiet prinċipali oħra se jkunu t-tim PC-7 tal-Iżvizzera u dak Pollakk Orlik. Fl-airshow ta’ din is-sena, qed jattendu numru rekord ta’ ħelikopters flimkien ma’ ajruplani kbar, żgħar, dawk veloċi u dawk inqas.

Il-bibien tal-ajruport, min-naħa ta’ Ħal Farruġ, jinfetħu s-Sibt u l-Ħadd fl-10am. Tfal ta’ taħt l-14-il sena jidħlu b’xejn jekk akkumpanjati minn adult.