Il-Ministru tat-Trasport Iżraeljan Yisrael Katz għadu kemm ħa r-raġun f’tilwima taħraq mal-awtorità għall-avjazzjoni ċivili ta’ Iżrael…Dan wara li s-supermudella Bar Rafaeli talbet biex jingħalaq l-ispazju tal-ajru fuq il-lukanda fejn sar it-tieġ tagħha, fil-limiti ta’ Haifa.
L-awtorità kienet qablet li timponi no-fly zone fuq il-lukanda, iżda l-Ministru Katz hedded li jkeċċi lill-Kap ta’ din l-awtorità li kieku ma rtirax id-direttiva.
Ir-riżultat kien li z-zona partikolari baqgħet miftuħa għat-traffiku tal-ajru waqt it-tieġ iżda l-kontroversja qanqalet gelgul ta’ reazzjonijiet.
Bar Rafaeli, li hi l-aktar supermudella famuża Iżraeljana, kienet toħroġ mal-attur Leonardo DiCaprio u issa żżewġet lin-negozjant biljunarju Iżraeljan Adi Ezra.
//= $special ?>