Lokali

“Malta m’għandiex tiġi trattata bħala pajjiż tat-tielet dinja!”

Il-kumpanija Autobuses de Leon m’għandiex titrattana bħala pajjiż tat-tielet dinja. Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella meta dalgħodu ltaqa’ max-xufiera tal-linja li qed jipprotestaw fil-Belt.

Josef Vella qal li l-ħidma tal-UĦM mhux se tieqaf hawn.

“Il-kundizzjonijiet li jaħdmu fihom ix-xufiera Spanjoli f’pajjiżhom iridu jiddaħħlu Malta wkoll”, sostna s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM.