It-tim nazzjonali Malti għamel pass kbir lejn kwalifikazzjoni storika għall-finali tal-Kampjonat Ewropej meta għelbu lit-tim Żvizzeru 20-8 u jekk jirbħu llum kontra l-Polonja jgħaddu. Żgur li l-aħjar plejer tal-logħba kien il-kaptin Niki Lanzon awtur ta’ seba’ gowls u wirja stupenda li bla dubju żamm it-tim fil-bidu tal-logħba.ħ
Wieħed jittama li għal partita tal-lum kontra l-Polonja, ikun aktar attiv Steve Camilleri li ma kienx fl-aħjar kundizzjoni u lagħab biss perjodu fit-tieni sessjoni.
Il-Maltin kienu superjuri iżda kienu l-Iżvizzeri li rebħu l-ewwel sessjoni 5-3 b’Niki Lanzon jiskorja tripletta. Kif ħareġ Steve Camilleri t-tim Malti tjieb tant li ħa l-kmand tal-logħba u dawwar l-iżvantaġġ għal vantaġġ b’Niki Lanzon jagħmel l-iskor 5-5 b’ħames plejers oħra jiskorjaw gowl kull wieħed.
Il-Maltin għamlu ċert mir-rebħa fit-tielet sessjoni meta kabbru d-distakk b’diversi plejers iniżżlu isimhom fost l-iskorers biex ikkontrollaw mingħajr diffikulta’ sat-tmiem.
Żizzera: L. Henzi, R. Lucato (1), M. Herzog (1), O. Frohli, A. el Mehrek (2), S. Velikov, A. Cassina (1), P. Bjelajac, L. Damjanov, R. Pleyer (3), P. Canonica
Malta: A. Borg Cole, N. Lanzon (7), J. Gabarretta (1), M. Stellini (1), M. Meli (2), M. Zammit (1), S. Camilleri (1), J. Camilleri (1), E. Aquilina (1), A. Cousin (3), C. Mercieca, D. Zammit (2), N. Grixti
Referees: Irakli Kikalishvili (ĠOR), Constantin Siarou (BLR)