Lokali

Mara taqa’ minn irdum fix-Xlendi … ħelikopter idum aktar minn siegħa u kwart biex jagħti l-assistenza

 

Turista li aktar kmieni dalgħodu waqgħet mill-irdumijiet tax-Xlendi f’Għawdex u weġġgħet serjament u kellha bżonn l-għajnuna tal-ħelikopter tal-Armata biex tittella’ minfejn kienet, kellha tistenna mas-siegħa u kwart biex il-helikopter wasal fil-post.

Sorsi li tkellmu magħna fissru li l-inċident seħħ ftit tal-ħin wara li kien daqq nofsinhar u mill-ewwel deher li kien se jkun hemm bżonn tal-assistenza tal-helikopter tal-Armata li ssejjaħ fil-post mill-membri tas-salvataġġ.

Dawk kollha fil-post, fosthom ukoll tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, damu sas-1.30 p.m. jistennew lill-helikopter biex din it-turista mweġġa’ setgħet tibda tingħata l-għajnuna li kellha bżonn