Numru kbir ta’ xufiera tal-linja dalgħodu waqfu minn xogħolhom bħala protesta kontra l-Malta Public Transport.
L-istess xufiera dalgħodu organizzaw mixja ta’ protesta mill-Floriana sal-Belt Valletta.
Fil-Belt illum kien hemm preżenti ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb illi f’kummenti lill-ġurnalisti sostna li se jkun qed jiġġieled biex il-ħaddiema jieħdu l-break li ħaqqhom, paga xierqa u kundizzjonijiet tajbin. Zarb ma tax garanzija li sa nhar it-Tnejn kollox jirritorna għan-normal.
“L-operatur wiegħed ħaġa u għamel oħra”, sostna Tony Zarb.
Tal-linja ġew ipparkjati kollha fil-Park and Ride tal-Floriana, u għalhekk dan il-parkeġġ ma jistax jintuża mill-pubbliku peress li huwa kompletament okkupat.
Intant, kienu bosta dawk li ilmentaw magħna dalgħodu dwar il-konġestjoni tat-traffiku f’diversi inħawi, partikolarment fit-triq li twassal lejn Baċir Numru 1 – liema triq issoltu tkun alternattiva komda għas-sewwieqa li jridu jevitaw it-traffiku.
Ritratt: Tal-linji weqfin fil-parkeġġ ta’ ħdejn it-terminal tal-Gozo Channel fiċ-Ċirkewwa
//= $special ?>