Lokali

Żagħżugħ fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Żgħażugħ ta’ 17-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-kwarta, hu kien passiġġier f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kapuċċini, ir-Rabat, Għawdex. Fil-ħin tal-inċident fil-karozza kien hemm tliet żgħażagħ, tnejn ta’ 17-il sena minn Kerċem u x-Xewkija, u x-xufier ta’ 18-il sena minn ta’ Karċem ukoll.

Mill-ewwel stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li x-xufier, kien qed isuq fid-direzzjoni lejn Marsalforn, meta għal xi raġuni, tilef il-kontroll, laqat is-central strip u baqa’ dieħel f’siġra. Kawża ta’ dan l-inċident, il-karozza nqalbet.

It-tliet persuni nvoluti fl-inċident ttieħdu l-Isptar Ġenerali f’Għawdex.

Il-persuni kollha ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Il-ġuvni ta’ 17-il sena kellu ġrieħi serji tant li ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika, filwaqt li ż-żewġ ġuvintur l-oħra qegħdin isofru minn ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri.